Karozza ssuq fuq il-barrikati tal-Parlament f'Londra...tnejn iweġġgħu

...il-każ qed ikun trattat bħala attakk terroristiku

Il-karozza involuta fl-inċident quddiem il-Parlament
Il-karozza involuta fl-inċident quddiem il-Parlament

Tnejn minn nies weġġgħu wara li karozza baqgħet dieħla fil-barrikati barra l-bini tal-Parlament f'Londra. L-inċident qajjem għagħa hekk kif uffiċjali tal-Pulizija dehru jduru mal-karozza u iktar tard jarrestaw lis-sewwieq.

Skont il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin ma kienx hemm Maltin involuti f'dan l-inċident li qed ikun meqjus bħala attakk terroristiku. Fil-fatt id-Dipartiment ta' kontra t-terroriżmu ta' Scotland Yard qed imexxu l-investigazzjoni.

Pulizija armati, ambulanzi u vetturi tat-tifi tan-nar kienu fuq il-post ftit tal-ħin wara li seħħ l-inċident. 

Numru ta' nies li kienu fuq il-post qalu li raw din il-karozza, lewn il-fidda, ssuq fuq in-nies li kienu qed jimxu fil-viċinanzi. Numru ta' toroq u anke l-Pont ta' Westminister kellhom jingħalqu. 

Jidher li l-kundizzjoni taż-żewġ persuni li weġġgħu mhix gravi, għalkemm xorta qed jingħataw il-kura meħtieġa l-isptar. 

 

More in Politika