Ryanair tħabbar 10 titjiriet ġodda minn Malta
...fost dawn għall-ewwel darba se toffri titjiriet minn Malta lejn in-Norveġja u l-Lussemburgu.
More in Politika
...fost dawn għall-ewwel darba se toffri titjiriet minn Malta lejn in-Norveġja u l-Lussemburgu.
Il-Linja tal-Ajru Ryanair ħabbret li mis-sajf tas-sena d-dieħla se tkun qed topera 10 titjiriet ġodda lejn bliet Ewropej.
Dawn l-ajruporti huma:
Dan ifisser li għall-ewwel darba, ir-Ryanair se toffri titjiriet minn Malta lejn in-Norveġja u l-Lussemburgu.
B'din iż-żieda, ir-Ryanair se tkun qed topera total ta' 61 rotta minn Malta.
David O’Brien mill-kumpanija Ryanair, qal li dawn ir-rotot ġodda se jfissru li Malta se jkollha aktar konnessjonijiet Ewropew minn Heathrow f’Londra.
Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Gavin Gaulia qal li r-rotot il-ġodda jikkumplimentaw l-istrateġija tal-MTA li Malta tingħaqad ma kemm jista’ jkun destinazzjonijiet.
Il-Ministru għat-Turiżmu, Konrad Mizzi, laqa’ din l-aħbar u insista li Malta ma għadhiex destinazzjoni għas-sajf iżda l-istatistiċi qed juru żieda fit-turiżmu matul is-sena kollha
'Prova ċara ta' deċiżjoni għaqlija'
B'reazzjoni, l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech qal li din l-aħbar hija prova tad-deċiżjoni għaqlija li kien ħa Gvern Nazzjonalista.
Fakkar, li meta hu kien Ministru għat-Turiżmu kien imbotta 'l quddiem l-idea li f'Malta jkunu introdotti l-kumpaniji low-cost, anke jekk il-Partit Laburista kien kontra.
"Din kienet deċiżjoni li fetħet beraħ l-opportunitajiet għall-Maltin u għall-industrija tat-turizmu f'Malta," temm jisħaq Zammit Dimech.