Servizz ġdid matul il-lejl minn Tas Sliema sa Buġibba

N13 se tibda topera kuljum billejl minn Tas Sliema sa Buġibba kull nofs siegħa

Malta Public Transport illum qed tibda topera rotta ġdida ta’ billejl bejn Tas-Sliema u Buġibba.

Ir-rotta N212 se topera tul waħda mill-aktar rotot popolari peress li tgħaqqad Sliema Ferries u San Ġiljan ma’ Buġibba, mit-Tnejn sal-Ħadd. Ir-rispons pożittiv għar-rotta ta’ bi nhar bejn Tas-Sliema u Buġibba, numru 212, wassal lill-Malta Public Transport biex iżżid is-servizz mal-iskeda ta’ billejl sabiex tkun tista’ taqdi aħjar lill-passiġġieri.

Din l-introduzzjoni tiġi wara s-suċċess li rat l-estensjoni tasservizz ta’ matul il-ġimgħa fuq ir-rotta N13 u r-rotta gdida N91. Ir-rotta ġdida N212 toħroġ minn Sliema Ferries għal San Ġiljan – Triq il-Kosta – San Pawl il-Baħar – Buġibba Terminus kull 30 minuta minn 23:12 sa 00:42. Il-vjaġġ lura jitlaq minn Buġibba Terminus – Qawra – Triq il-Kosta – San Ġiljan – Sliema Ferries kull 30 minuta minn 23:05 sa 00:35. Aktar dettalji dwar is-servizz jinstabu fuq is-sit ta’ Malta Public Transport. 

More in Politika