Awtorità waħda se tkun qed tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni u l-bini
L-Awtorità se tiġbor flimkien erba’ entitajiet li s’issa kellhom numru ta’ rwoli relatati ma’ din l-industrija
More in Politika
L-Awtorità se tiġbor flimkien erba’ entitajiet li s’issa kellhom numru ta’ rwoli relatati ma’ din l-industrija
Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali laqqa’ flimkien numru ta’ stakeholders bħala parti mill-konsultazzjoni pubblika dwar il-white paper li se twaqqaf l-Awtorità li se tkun qed tirregola l-industrija tal-kostruzzjoni kif ukoll il-bini.
Il-Ministru Ian Borg ħabbar li l-isem ta’ din l-awtorità se jkun Malta Construction and Building Authority.
“Kien hemm bżonn li nieħdu pass lura u nħarsu lejn din l-industrija u nirrealizzaw li bħal kull settur ieħor, jekk ma jkunx hemm organizzazjoni xierqa, ma jistax ikun hemm effiċjenza,” saħaq il-Ministru waqt li spjega li din l-awtorità se tkun qiegħda tiġbor flimkien erba’ entitajiet li s’issa kellhom numru ta’ rwoli relatati ma’ din l-industrija.
Dawn l-entitajiet huma l-Kunsill Konsultattiv għall-Industrija tal-Bini, magħruf bħala BICC, l-Uffiċċju għar-Regolazzjoni tal-Bini, magħruf bħala BRO, il-Bord tal-Bennejja u l-Bord għar-Regolazzjoni tal-Bini, magħruf bħala BRB.
Il-Ministru Borg spjega wkoll kif din l-awtorità mhijiex se tieqaf biss mal-istadju tal-ippjanar u l-kostruzzjoni, iżda se tkun qiegħda taħdem ukoll fuq l-aspett tal-bini, kemm fir-rigward ta’ sigurtà bħal prevenzjoni tan-nirien, kif ukoll mil-lat ta’ lifetime tal-binja. Huwa fakkar kif it-twaqqif ta’ din l-awtorità kien parti mill-manifest elettorali tal
Is-Segretarju Parlamentari għall-Ippjanar u s-Suq tal-Propjetà Chris Agius qal li minn meta beda l-proċess tal-konsultazzjoni pubblika, diġà saru 52 laqgħa ma’ stakeholders. Huwa esprima t-twemmin tiegħu li l-poplu mhuwiex kontra l-iżvilupp innifsu, iżda kontra abbużi li juru aktar u aktar il-ħtieġa ta’ regolazzjoni aħjar.
Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa’ miftuħa sal-15 ta’ Ottubru, u l-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu billi jibgħat email fuq [email protected] jew fuq is-sit elettroniku https://mtip.gov.mt/en/Pages/Public%20Consultations/Public-Consultations.aspx.