Il-Parlament Ewropew ivvotaw favur aġġornament tar-regoli dwar is-servizzi awdjoviżivi li fost oħrajn joffru aktar protezzjoni lit-tfal, aktar regoli stretti dwar il-pubbliċità, u kkwota ta’ 30% ta’ kontenut Ewropew.
Dawn ir-regoli ma japplikawx biss għax-xandara iżda wkoll għall-pjattaformi ta’ vidjo on-demand u anke siti bħal Netflix, Amazon, YouTube jew Facebook, kif ukoll il-live streaming.
Fost ir-regola l-ġodda, ġew inklużi miżuri biex jitwaqqaf il-kontenut li jħeġġeġ il-vjolenza, il-mibegħda u t-terroriżmu, filwaqt li l-vjolenza gratwita u l-pornografija ser ikunu soġġetti għall-iżjed regoli stretti.
Iddaħħli wkoll regoli stretti dwar il-pubbliċità, u l-placement ta’ prodotti fil-programmi tat-tfal.
Il-provdituri tal-midja awdjoviżiva ma jistawx lanqas jużaw data li jiġbru dwar tfal għal finijiet kummerċjali.
Il-pubbliċità ser tkun tista’ tammonta għal 20% biss tal-ħin ta’ xandir bejn 06.00 u 18.00. L-istess limitu japplika għall-perijodu separat ta’ ‘prime time’ bejn 18.00 u 00.00.
Biex tiġi appoġġata d-diversità kulturali, l-MEPs żguraw li 30% tal-kontenut tal-pjattaformi vidjo on-demand għandu jkun Ewropew.
Il-pjattaformi huma wkoll mitluba jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-produzzjonijiet Ewropej, permezz ta’ investiment dirett fil-kontenut jew permezz ta’ kontribuzzjonijiet għall-fondi nazzjonali.
Il-Kunsill tal-UE issa jrid japprova formalment il-qbil qabel mal-liġi riveduta tkun tista’ tidħol fis-seħħ.
L-Istat Membri mbagħad ikollhom 21 xahar biex jittrasponu r-regoli l-ġodda f’leġiżlazzjoni nazzjonali.