Il-Fond Monetarju Internazzjonali qed iwissi li l-ekonomija dinjija tinsab f’riskju ta’ kriżi ekonomika kbira u r-riskju se jkompli jikber jekk il-gvernijiet u r-regolaturi li jekk mhux se jaħdmu biex jipproteġu s-sistema finanzjarja minn dik li qed tirreferi għaliha bħala ‘imġieba skoretta.’
Fost oħrajn, il-Fond Monetarju Internazzjonali saħaq li s-self dejjem jiżdied minn dawk li jiddeskrivihom bħala ‘shadow banks’ fiċ-Ċina u n-nuqqas ta’ restrizzjonijiet fuq il-kumpaniji tal-assigurazzjoni u l-immaniġjar tal-assi, huma ta’ tħassib serju.
Id-dejn internazzjonali, ikompli jisħaq il-Fond, qed jissupera dak fi żmien il-kriżi internazzjonali tal-2008, bir-riskju jibqa’ li partijiet mhux irregolati tas-sistema finanzjarja jistgħu jwasslu għall-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Skont Christine Lagarde, id-Direttur tal-Fond Monetarju Internazzjonali, mill-kriżi tal-2008, sploda b’60% u qed ilaħħaq il-$183 triljun (€159 triljun)
Dwar dan, ix-xahar li għadda tkellem ukoll l-eks Prim Ministru Ingliż Gordon Brown li saħaq li d-dinja, mingħajr ma taf, miexja lejn kriżi oħra.