'Nies bħal Juncker irrovinaw l-Ewropa' - Matteo Salvini

Salvini qal dan waqt li kien qiegħed jirreaġixxi għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkritikaw il-baġit li qed jippreżenta l-Gvern Taljan

Id-Deputat Prim Ministru Taljan, Matteo Salvini akkuża lill-President tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker u lill-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi, Pierre Moscovici, li rrovinaw l-Ewropa u l-Italja.

Salvini qal dan waqt li kien qiegħed jirreaġixxi għall-fatt li l-Kummissjoni Ewropea kkritikaw il-baġit li qed jippreżenta l-Gvern Taljan.

Huwa saħaq li l-Kummissjoni Ewropea approvat baġits li faqqru lill-Italja u insista li mhux se jagħti kas ta’ dak li qed tgħid.

“Ma nqumx filgħodu naħseb fuq dak li qalu Juncker u Moscovici li rrovinaw l-Ewropa u l-Italja…jistgħu jgħidu li jridu. Aħna se nkomplu miexja ‘l quddiem b’kuxjenza safja,” saħaq Salvini.

More in Politika