Ilbieraħ fil-Baġit kienet mħabbra miżura illi permezz tagħha tħabbar li se titnaqqas it-taxxa tad-dħul, bl-inqas tnaqqis ikun €40 u l-akbar ikun ta' €68.
It-tnaqqis se jkun kif ġej; Dawk b'komputazzjoni singola li jaqilgħu sa €15,000 se jiffrankaw sa €60, dawk li jaqilgħu minn €15,000 sa €30,000 se jiffrankaw sa €50 u dawk li jaqilgħu bejn €30,000 u €60,000 se jħallsu sa €40 inqas.
F'każ ta' koppja miżżewġa dawk b'komputazzjoni singola li jaqilgħu sa €20,000 se jiffrankaw sa €68, dawk li jaqilgħu minn €20,000 sa €40,000 se jiffrankaw sa €56 u dawk li jaqilgħu bejn €40,000 u €60,000 se jħallsu sa €44 inqas.
U finalment, dawk li jagħmlu komputazzjoni ta' ġenitur li jaqilgħu sa €15,000 se jiffrankaw sa €64, dawk li jaqilgħu minn €15,000 sa €30,000 se jiffrankaw sa €52 u dawk li jaqilgħu bejn €30,000 u €60,000 se jħallsu sa €40 inqas.