Is-sewwieqa l-ġodda u s-sewwieqa kollha tal-muturi se jkollhom jaħsbuha sewwa jekk ikunu xorbu qabel ma jsuqu dan hekk kif se jkunu qed jonqsu l-livelli permessibbli tal-alkoħol għas-sewqan.
Aktar 'il quddiem, dawn il-livelli se jkunu qed jiħraxu għas-sewwieqa kollha u dan skont il-politika nazzjonali dwar l-alkoħol li tħabbret illum.
Il-livell legali tal-alkoħol fid-demm se jkun qed jinżel minn 0.08g kull litru għal 0.05g għas-sewwieqa kollha, iżda l-ammont permessibbli se jkun inqas għas-sewwieqa tal-muturi u s-sewwieqa l-ġodda.
Dawn il-livelli l-ġodda huma 75% inqas mil-limitu permessibbli bħalissa u se jkunu qed japplikaw minnufih għas-sewwieqa l-ġodda fl-ewwel sentejn minn meta jġibu l-liċenzja.
Spjega kif l-għan tal-politika huwa mhux biss li jonqos is-sewqan taħt l-effett tal-alkoħol imma anke li tindirizza l-konsum tal-alkoħol minn żgħażagħ taħt l-età.
Min-naħa tiegħu, il-Professur Richard Muscat insista li din il-politika se tkun qed tindirtizza kwistjonijiet soċjali oħra hekk kif fi kliemu, 40% tal-każijiet ta’ vjolenza domestika jseħħu minħabba s-sokor u 17% tal-abbuż fuq it-tfal jseħħu minn persuni li jkunu taħt l-effett eċċessiv tal-alkoħol.
Ritratt: Irish Times