Qorti | Ħelsin mill-arrest għaż-żagħżugħ li pprova jsuq fuq Pulizija
Iż-żagħżugħ kien ilu ġimgħatejn fil-kustodja tal-Pulizija
More in Politika
Iż-żagħżugħ kien ilu ġimgħatejn fil-kustodja tal-Pulizija
Wara ġimgħatejn fil-kustodja tal-Pulizija, iż-żagħżugħ li xahar li għadda inqabad issuq karozza misruqa fuq Pulzija, ingħata l-ħelsin mill-arrest.
It-tifel li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti, kien akkużat li: saq vettura misruqa, li saq vettura mingħajr liċenzja tas-sewqan u mingħajr polza tal-assigurazzjoni u li prova jikkaġuna ġrieħi gravi fuq uffiċjali tal-Pulizija.
Fis-seduta tal-Qorti ġew żvelati dettalji ġodda dwar il-każ. Kien propju waqt ronda x-xahar li għadda li xi uffiċjali tal-Pulizija lemħu karozza griża li kienet ġiet irrapportata misruqa. Ftit ħin wara huma ppruvaw iwaqqfu lix-xufier żagħżugħ li kien akkumpanjat ukoll minn tfajla. Minkejja l-isforz tal-Pulizija s-sewwieq allegatament ipprova jsuq fuq membru tal-Pulizija, iżda fortunatament ma laqtux u ħarab minn fuq il-post. Minnufih il-Pulizija saqu wara x-xufier u dan ġie arrestat ftit tal-ħin wara f’Ħal-Kirkop.
It-tfajla li kienet mal-akkużat qalet fil-Qorti kif, iż-żagħżugħ kien infurmaha li sab karozza abbandunata u għalhekk stedina biex tieħu dawra miegħu. Huma imbagħad marru l-MCAST bil-karozza u wara kellu l-ħsieb li jwaqqafha l-Imsida ħdejn sħabha.
IIl-Maġistrat Joe Mifsud ta l-ħelsien mill-arrest lit-tifel fuq depożitu ta’ €500 u l-garanzija personali ta’ €5000.