'Jekk appprovat, dan il-proġett se jagħti skuża bla preċedent lill-iżviluppaturi'

Luka Caruana, Kunsillier tal-Alternattiva Demokratika, ippreżenta oġġezzjoni għall-applikazzjoni

Il-Kandidat tal-Alternattiva Demokratika għall-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, Luke Caruana, ressaq oġġezzjoni għall-applikazzjoni tal-lukanda Panorama fil-Mellieħa biex iżżid tliet sulari oħra.

Caruana saħaq li jekk dan il-proġett ikun approvat, l-iżviluppaturi se jingħataw skuża bla preċedent biex ikunu jistgħu jiżdiedu s-sulari ta’ binjiet oħra fil-qalba tal-Mellieħa.

Huwa insista li l-lukanda tinstab viċin ħafna ta’ residenzi li se jispiċċaw bil-veduta mgħottija u b’inqas dawl tax-xemx.

“Din iż-żona diġà hija żviluppata ħafna, bit-toroq ma jifilħux għal aktar traffiku,” insista Caruana. “Ir-residenti se jitilfu biss minn dan il-proġett li se jħassar kompletament l-iskyline tal-villaġġ.”

More in Politika