€2.5 miljun miġbura mill-kumpaniji li ma ħaddmux biżżejjed persuni b'diżabilità

Skont il-liġi, kumpaniji b'aktar minn 20 impjegat għandhom ikollhom 2% tal-ħaddiema li huma b'diżabilità

F'sentejn, jiġifieri bejn l-2015 u l-2017, kumpaniji li fallew milli jilħqu l-kwota ta' impjegati b'diżabilità, ħallsu €2.5 miljun bejniethom.

Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, Evarist Bartolo, waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Ivan Bartolo

Skont il-liġi, dawk il-kumpaniji li jimpjegaw aktar minn 20 persuna, għandhom jassiguraw li 2% tal-impjegati tagħhom ikunu persuni b'diżabilità.

Mill-informazzjoni pprovduta minn JobsPlus, il-maġġoranza ta' dawn kumpaniji li jbiegħu bl-imnut u anke dawk li għandhom x'jaqsmu mat-tiswija tal-vetturi. 

More in Politika