Is-sena d-dieħla Malta se tospita laqgħa importanti dwar l-avjazzjoni
Malta se tkun qed tospita l-CAPA World Aviation Outlook Summit 2019
More in Politika
Malta se tkun qed tospita l-CAPA World Aviation Outlook Summit 2019
F’Diċembru tas-sena d-dieħla, Malta se tkun qed tospita l-CAPA World Aviation Outlook Summit 2019 li se tkun qed iġġib Malta l-mexxejja ta’ diversi linji tal-ajru.
Iċ-Ċentru tal-Avjazzjoni, CAPA, huwa bbażat f’Sydney u twaqqaf fl-1990 u jipprovdi analiżi u diversi servizzi oħra fis-settur tal-avjazzjoni.
Dan is-summit jiddiskuti l-futur u janalizza s-settur tal-avjazzjoni fl-Ewropa, fl-Ażja, fil-Lvant Nofsani u fir-reġjuni Amerikani.
Apparti minn hekk, waqt dan is-summit, jingħataw Premji għall-Eċċellenza lil diversi linji tal-ajru.
Fil-kummenti tiegħu, il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi saħaq li dan is-summit huwa importanti fid-dawl tal-fatt li Malta hija fuq quddiem nett fis-settur tal-avjazzjoni fejn jidħlu l-manutenzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-ajruplani, il-kiri u t-taħriġ tal-ekwipaġġ.
"Illum Malta qed tistabbilixxi lilha nnifisha globalment, bħala nazzjon li qed jirnexxi fl-innovazzjoni u l-eċċellenza f’diversi setturi u dan qed ikun rifless fis-settur tal-avjazzjoni li kull ma jmur qiegħed jikber,” saħaq Mizzi.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, rebħet il-premju prestiġġjuż “Turnaround Airline of the Year,” waqt is-summit prestiġġjuż tal-CAPA World Aviation Outlook li din is-sena sar f’Berlin.