In-negozju waqt Black Friday żdied b'25% fuq is-sena l-oħra

85% tal-bejjiegħa jaħsbu li marru aħjar mis-sena li għaddiet

Minn stħarriġ li wettqet il-GRTU rriżulta li 85% tas-sidien qalu li l-Black Friday ta’ din is-sena kien aħjar minn dik tas-sena li għaddiet.

L-istħarriġ staqsa lis-sidien ta’ aktar minn 150 negozju u rriżulta li din is-sena n-negozju żdied b’25% fuq is-sena li għaddiet.

Mill-istħarriġ joħroġ ukoll li l-ħwienet li pparteċipaw fi Black Friday żdiedu bi 17% u 25% ta’ dawk li ma pparteċipawx din is-sena qed jikkunsidraw li jipparteċipaw is-sena d-dieħla.

Skont il-GRTU, l-offerti li saru kienu jvarjaw bejn skont ta’ 15% u 70% b’xi wħud jinkludu offerti speċjali oħra.

76% tal-bejjiegħa ikkonfermaw ukoll li estendew l-offerti tagħhom għal matul il-jum tas-Sibt.

Il-Kap Eżekuttiv tal-GRTU, Abigail Mamo, innotat ukoll 58% ta' dawk li wieġbu kkonfermaw li estendew il-ħinijet tal-ftuħ billi fetħu aktar kmieni, għalqu tard u baqgħu miftuħin matul il-ġurnata kollha.

More in Politika