Għalliema ordnati ma jiċċekjawx l-ikel tal-istudenti
L-MUT ħabbret l-azzjoni industrijali wara l-pubblikazzjoni ta' avviż legali kontra l-konsum ta' ċertu ikel fl-iskejjel
More in Politika
L-MUT ħabbret l-azzjoni industrijali wara l-pubblikazzjoni ta' avviż legali kontra l-konsum ta' ċertu ikel fl-iskejjel
Il-Unjin Maltija tal-Għalliema ordnat lill-għalliema membri tagħha biex ma jispezzjonawx l-ikel li t-tfal jieħdu magħhom l-iskola wara l-pubblikazzjoni ta’ avviż legali dwar il-konsum ta’ ċertu ikel fl-iskejjel.
L-MUT qalet li rreġistrat din it-tilwima wara diversi rapporti li rċeviet mingħand l-għalliema dwar il-bidliet, li fi kliemha ġew imposti fuq l-għallema.
Skont il-Unjin, l-avviż legali jagħmel lill-għalliema personalment responsabbli għal deċiżjonijiet li mhux fil-kontroll tagħhom u jkunu fir-riskju li jeħlu multa ta’ bejn €100 u €2,500, apparti li jistgħu jiffaċċjaw proċeduri kriminali, jekk ma jimxux mal-avviż legali.
Għalhekk, il-unjin qed tordna lill-membri tagha biex:
L-MUT qed tisħaq li b’dawn ir-regolamenti l-ġodda, inbidlu effettivament il-kundizzjonijet tax-xogħol tal-għalliema fil-gradi kollha, liema kundizzjonijiet ma kinux inklużi fil-ftehim kollettiv.
Kompliet tisħaq li ma kien hemm l-ebda konsultazzjoni mal-għalliemna dwar dawn il-bidliet imposti mill-avviż legali waqt li insistiet li dawn il-bidliet imorru kontra l-prinċipji tal-professjoni tal-għalliema.
L-MUT kompliet tgħid li minflok tat aktar riżorsi lill-għalliema biex ikomplu jippromovu l-konsum tal-ikel tajjeb għas-saħħa, l-avviż legali jipprojbixxi l-konsum ta’ ċertu tip ta’ ikel bl-aktar mod “repressiv.”