Iktar minn 53 miljun passiġġier użaw tal-linja fl-2018

Sena rekord għat-trasport pubbliku bir-rotot ta' Tas Sliema, San Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa jkunu l-aktar popolari

Is-sena l-oħra kienet oħra rekord assolut għal Malta Public Transport (MPT) hekk kif it-trasport pubbliku ġar 53.4 miljun passiġġier. 

Dan jirrapreżenta żieda ta' 11.3% mill-2017 meta l-kumpanija kienet ġarret 48 miljun passiġġier. 

"Aħna kburin li qed inġorru 14-il miljun passiġġier aktar mill-ewwel sena illi fiha bdejna noperaw," qal il-General Manager tal-MPT Konrad Pulè. "Dan it-tkabbir kontinwu huwa sinjal ċar li l-fiduċja fit-trasport pubbliku qed tiżdied."

ir-rotot li kienu l-aktar popolari kienu dawk li jfornu l-lokalitajiet ta' Tas Sliema, san Ġiljan, Buġibba u Ċirkewwa. Ir-rotta 13/13A li tgħaddi minn Tas Sliema, San Ġiljan/Paceville ġarret tliet miljuni matul l-2018 waħedha. 

Rotot oħrajn popolari huma dawk li jgħaddu/jieqfu Mater Dei u l-Univeristà. Mal-186,000 passiġġier jużaw dawn ir-rotot kuljum. 

 

More in Politika