Riesaq lejn tmiemu l-Każ Kostituzzjonali li Delia fetaħ dwar Egrant
Adrian Delia qed jinsisti li għandu jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant
More in Politika
Adrian Delia qed jinsisti li għandu jingħata kopja sħiħa tal-inkjesta Egrant
Il-Każ Kostituzzjonali li fetaħ il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, li fih qed jinsisti li jingħata kopja tar-rapport sħiħ dwar l-inkjesta Egrant, riesaq lejn tmiemu hekk kif iż-żewġ partijiet qablu li ma għandhomx aktar evidenza x’joffru lill-Qorti.
Delia fetaħ dan il-każ wara li kienu ppubbliklati l-konklużjonijiet tal-Maġistrat Aaron Bugeja f’Lulju li għadda.
Tul dawn l-aħħar xhur sar magħruf li hemm aktar persuni, apparti l-Prim Ministru li għandhom kopja sħiħa tar-rapport, il-Prim Ministru dejjem insista li lest jippubblikaha minkejja l-parir oppost tal-Avukat Ġenerali.
Delia kien talab lill-Avukat Ġenerali biex jingħata kopja bħala Kap tal-Oppożizzjoni iżda dan irrifjuta, b’Adrian Delia jisħaq li dan qed ixekkel il-ħidma tiegħu bħala Kap tal-Oppożizzjoni u qed ipoġġih fi żvantaġġ politiku.
Intant, dalgħodu, l-avukati Vincent Galea u Andre Portelli, li qed jidhru għal Delia, infurmaw lill-Imħallef Robert Mangion li ma għandhom l-ebda evidenza oħra x’jippreżentaw.
L-Avukat Victoria Buttigieg, li qed tidher għall-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qal l-istess.
Il-każ ikomplu fil-11 ta’ Marzu u fil-ħmistax li ġejjin, iż-żewġ partijiet, għandhom ċans jagħmlu l-aħħar sottomissjonijiet.
Aqra aktar dwar dak li ħareġ tul dan il-każ:
L-Avukat Ġenerali jgħid li l-Ministru Bonnici wkoll ingħata l-inkjesta sħiħa dwar Egrant
Apparti l-Kummissarju, erba' uffiċjali tal-Korp għandhom kopja tar-rapport Egrant
'Qatt ma qrajt ir-rapport...dejjem imxejt mal-konklużjonijiet' - Kurt Farrugia
'Qed tistaqsu l-mistoqsijiet lili meta jiena u marti l-vittmi' - Joseph Muscat