Il-każ seħħ ilbieraħ fi Triq Diċembru 13, il-Marsa
Sewwieqa ta' mutur qed issofri minn ġrieħi gravi wara inċident tat-traffiku fi Triq Diċembru 13, il-Marsa.
Jirriżulta li l-mara ta' 30 sena li kienet qed issuq mutur kellha impatt ma' vettura misjuqa minn mara oħra ta' 32 sena minn Ħaż-Żabbar.
Is-sewwieqa tal-mutur, Ungeriża residenti Ħaż-Żebbuġ ittieħdet immedjatament Mater Dei.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.