Sejħa għall-bini mill-ġdid ta' 170 triq residenzjali f'diversi lokalitajiet
Il-Ministru Ian Borg qal li l-valur totali ta’ dan l-investiment huwa stmat li se jammonta għal madwar €70 miljun
minn Yendrick Cioffi
Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg ħabbar li se tkun qed tinħareġ sejħa oħra għall-offerti minn Infrastructure Malta biex jinbnew mill-ġdid 170 triq residenzjali f’lokalitajiet differenti.
Il-Ministru spjega kif dan se jkun ifisser li r-residenti li jgħixu f’dawn it-toroq ser ikunu qed igawdu minn 52 kilometru ta’ toroq u minn 85 kilometru ta’ bankini ġodda.
Spjega kif dan ix-xogħol se jkun qiegħed jinkludi investiment fit-tibdil u l-estensjoni tas-servizzi fejn hemm bżonn, xogħol fuq bankini u sistemi ta’ ġbir tal-ilma, pedamenti, tarmac, u anke sinjali, sistemi tas-sigurtà u faċilitajiet oħra li jiżdiedu wara li t-triq tkun saret.
Il-Ministru Borg qal li l-valur totali ta’ dan l-investiment huwa stmat li se jammonta għal madwar €70 miljun.
Ftit tal-ġimgħat ilu il-Ministru Borg, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis ħabbru li beda x-xogħol fuq l-ewwel 31 triq residenzjali mill-ewwel sett ta’ 120 wara li sejħa simili għall-offerti kienet inħarġet is-sena l-oħra.
Ħames konsorzji ta’ kuntratturi differenti bħalissa għaddejjin bix-xogħol fuq ħames settijiet ta’ toroq residenzjali madwar Malta.
“Illum qed inkomplu naraw it-twettiq tal-wegħda ta’ dan il-gvern – wegħda li ser tkun qed tiffinanzja €700 miljun fit-toroq li jużaw kuljum ir-residenti. Bdejna b’120 triq u qed inkomplu b’170 triq oħra,” qal il-Ministru.
Qal ukoll li bħalma sar fl-ewwel sejħa għall-offerti, għal darb’oħra Infrastructure Malta se tkun qed torbot lil kull min jagħmel offerta biex jikkonferma l-kapaċità teknika sabiex ix-xogħol jitlesta mal-iskadenza u bil-kwalità u standards tas-sigurtà stipulati
Il-170 triq imħabbra għal dan it-tender huma hekk kif ġej, imqassma skont il-lokalità:
Ħ’Attard: Trejqet ir-Reġina; Triq l-Isptar; Triq l-Inħasa
Ħal Balzan: Triq San Valentinu; Triq Sisner; Triq Ġuze Bonnici
Birgu: Triq San Filippu; Pjazza Birgu
Birkirkara: Triq Papa Urbanus VIII; Triq Anġlu Mallia; Triq L-Isqof Labini
Birżebbuġa:Triq il-Bżulija; Triq il-Għirgħien; Triq il-Musbieħ
Bormla: Triq Il-Pellegrinaġġ; Triq San Franġisk; Triq l-Oratorju; Triq Santa Margerita
Ħad Dingli: Triq Misraħ Suffara Fgura: Triq l-Għarnuq; Triq San Xmun
Floriana: Triq San Publiju; Triq il-Miratur; Triq San Tumas
Għargħur: Triq Katerina Sammut; Sqaq il-Ħofra; Triq l-Indipendenza
Ħal Għaxaq: Triq it-Tgeżwira; Triq Gużeppi D'Arena; Triq tal-Qattus; Triq Dun V. Scicluna Hernandez; Triq l-Ewwel ta' Jannar
Gudja: Triq id-Dejqa; Triq Joseph Pace; Triq Santa Katerina; triq mingħajr isem bejn Triq Joseph Gravina u Triq Ħal Għaxaq
Gżira: Triq Tas-Sliema
Ħamrun: Triq Ċensu Bugeja; Triq Villambrosa; Triq Karmenu Abela
Iklin: Triq il-Wied; Triq il-Bruka
Isla: Triq Portu Salvu; Triq San Ġiljan; Triq il-Kunċizzjoni
Kalkara: Triq is-Sienja; Trejqet Francesco Chircop; Triq il-Kapuċċini; Triq il-Ġir
Ħal Kirkop: Triq San Ġużepp; Triq Nerik Xerri; Sqaq Sant’ Andrija
Ħal Lija: Triq is-Salvatur; Triq Ugo Mifsud; Triq Annibale Preca (p/o); Triq il-Kbira
Ħal Luqa: Triq il-Ġdida; Trejqa Dun Ġulju Muscat; Triq id-Disgħa t'April
Marsa: Triq il-Marsa; Triq Azzopardi; Triq Isouard
Marsascala: Triq tal-Gardiel (p/o); Triq San Ġwakkin; Triq Patri Wistin Born; Triq La Sengle
Marsaxlokk: Triq ġdida fi Triq tas-Silġ; Triq Duncan; Triq Għajn Osiris; Triq ta’ Ġuno
Mellieħa: Triq It-Tabib Joseph Grech Attard; Triq Ir-Rattan
Mġarr: Triq Dun Ġużepp Micallef; Triq ix-Xagħra tal-Knisja; Triq ir-Riħ tal-Barriera; Triq Madre Tereza; Triq San Filippu
Mosta Triq Madre Maria Teresa Spinelli; Triq Rużar Briffa (Ta’ Żokrija); Triq ta’ Bistra; Triq il-Manwella; Triq Durumblat
Mqabba: Sqaq tas-Serer (fi Triq Ħal Kirkop); Triq George Martin
Msida: Triq Bieb it-Torri; Triq it-Torri; Triq tal-Qroqq; Triq Nazju Falzon; Triq ta’ Xmiexi
Mtarfa: Triq Frans Galea; Triq ir-Razzett l-Aħmar; Triq Michael Fsadni
Naxxar: Triq il-Magħtab; Triq Leli Falzon; Triq fi Triq tat-Tarġa (Magħtab)
Paola: Triq il-Wied; Triq Sultana
Pembroke: Triq Martin Luther King; Triq San Patrizju; Trejqet Patri Pelaġju Mifsud; Trejqet Giuseppe M.Letard; Trejqet Patri Odorik Grima; Triq Patri Serafin Zarb
Pietà: Triq Santa Monika; Triq K.Mifsud; Triq San Girgor
Ħal Qormi: Triq il-Kanun (p/o); Triq Dun Ġwann Cilia; Triq Ġorg Zammit
Qrendi: Sqaq il-Mejda (San Niklaw); Triq Sant’ Anna
Rabat: Triq Santa Marija; Triq l-Iskultura; Triq Santa Barbara
Ħal Safi: Triq San Ġwann; Triq It-Tellerit; Triq il-Kaċċattur (p/o)
San Ġiljan: Triq Patrick Brydone; Triq Hans Stumme; Triq Zammit Clapp
San Ġwann: Triq G. Despott; Triq San Franġisk; Triq ta’ Żwejt; Triq iċ-Ċawsli
San Pawl il-Baħar: Triq Ibħra; Triq il-Mistrieħ; Triq Ċensu Tanti; Triq il-Ġifen; Triq Annetto Caruana; Triq Paderborn; Triq Sir Luigi Preziosi
Santa Luċija: Triq il-Gardenja; Triq il-Bruka; Triq iż-Żnuber
Santa Venera: Triq San Ġorġ; Triq Brighella; Triq il-Kardinal Sciberras; Triq il-Blata l-Kaħla; Triq Abela
Siġġiewi: Triq Patri Ġużepp Delia; Triq it-Tiġrija
Tas-Sliema: Triq it-Torri; Triq il-Kbira (High Street)
Swieqi: Triq it-Tomna; Triq ir-Ratal; Triq l-Ilqugħ
Ta’ Xbiex: Triq l-Abate Rigord; Ix-Xatt Ta’ Xbiex (p/o)
Ħal Tarxien: Triq Marjanu Gerada; Triq it-Tempji Neolitiċi; Triq Paola
Valletta: Triq l-Ifran (p/o); Triq iz-Zekka (p/o)
Xgħajra: Triq l-Ispnott; Triq l-Iskola; Triq Ħaż Żabbar; Triq il-Fortizza tal-Grazzja
Ħaż Żabbar: Triq Francis X. Attard (p/o); Triq Ta’ Lanza; Triq ir-Rand; Triq in-Naħla
Ħaż Żebbuġ: Triq Ħal Sajd; Triq il-Madonna; Triq il-Ħali
Żejtun: Triq il-Kbira; Triq il-President Anton Buttigieg; Triq il-Faqqus; Triq Bugħarbiel
Żurrieq: Sqaq Barċellona; Triq fi Triq il-Wied (Wied Babu); Triq Sant' Agatha (and side roads); Triq il-Midra.