Illum, għall-ħabta ta-12:10 p.m , il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq il-Ħalel, San Pawl il-Baħar.
Fuq din l-informazzjoni, il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar, irriżulta li raġel ta’ 65 sena residenti San Pawl il-Baħar stess safa’ milqut minn vettura tat-tip Nissan Navara misjuqa minn raġel ta’ 34 sena residenti n-Naxxar.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 65 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr F. Depasquale LLD li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin