Ftit iktar minn 87,000 student f'Malta fl-2018 biex jistudjaw l-Ingliż

Il-maġġoranza tal-istudenti ġew mill-Italja, Ġermanja u Franza...

Tagħlim tal-Ingliż, 87,000+ fl-2018
Tagħlim tal-Ingliż, 87,000+ fl-2018

Is-sena l-oħra in-numru ta' studenti li ġew pajjiżna isegwu kors fl-Ingliż fi skejjel ELT (English Language Teahing) kien ta' 87,112, li juri tnaqqis żgħir ta' 0.1% meta mqabbel mas-sena 2017.

Il-maġġoranza tal-istudenti ġew mill-Italja, b'27%, segwiti mill-Ġermanja (11.5%) u Franza (10.2%).  

L-akbar ammont ta' studenti tal-lingwa kienu ta' 15-il sena jew inqas jew 34% tat-total. Studenti li kienu ta' 50 sena jew aktar kienu jammontaw għal 6.159 persuna. 

Studenti nisa kienu jaqbżu l-ammont ta' studenti rġiel, tant li dawn jitilgħu għal 61.3%. 

Lulju kien l-aktar xahar illi fih ġew turisti fil-fatt b'total ta' 20,330 wasla jew 23.3%. Dan kien segwit minn Ġunju u Awwissu bi 11.7% u 10.8% rispettivament. 

l-aktar kors popolari kien dak tal-'General English'. 

 

 

More in Politika