Iktar kmieni dalgħodu raġel fetaħ in-nar fuq in-nies fi stazzjon tat-tramm fil-belt ta' Utrecht, fl-Olanda iktar kmieni dalgħodu.
"Diversi sparaturi nstemgħu fit-tramm u diversi nies sfaw mweġġa'. Diversi helikopters qegħin iduru fuq il-post fejn seħħ l-inċident, għalkemm s'issa għadu ma kien arrestt ħadd.," saħaq kelliem tal-Pulizija mal-midja.
Intant l-aħħar informazzjoni mogħtija mis-Sindku ta' Utrecht qed tindika li hemm tliet persuni li tilfu ħajjithom. Il-pulizija Olandiża ppublikat ritratt ta' raġel ta' dixxindenza Torka li qed ikun imfittex b'rabta ma' dan l-attakk (ara tweet).
'