Is-sitt MEPs Maltin jivvutaw kontra rapport dwar it-taxxa u anke dwar bejgħ ta' ċittadinanza

Madwar 5,000 persuna kisbu ċittadinanza permezz ta' bejgħ tal-passaporti madwar l-UE ... L-MEPs kollha Maltin jivvutaw kontrih

Is-sitt MEPs Maltin ivvutaw kontra rapport li qed jitlob li jsiru riformi fis-sistema ta-taxxa fil-pajjiżi tal-UE u li jsemmu wkoll il-bżonn li l-iskemi ta' ċittadinanza (bħall-IIP ta' Malta) jkunu ffriżati. 

Ir-rapport minn MEP Soċjalist Jeppe Kofod u MEP mir-Repubblika Ċeka Luděk Niedermayer jinnota li r-regoli tat-taxxa ħafna drabi ma jżommux l-istess pass tal-ekonomija. "Hemm bżonn kontinwu ta' riformi u regoli sabiex l-UE u s-sistemi nazzjonali tat-taxxa jibqgħu tajbin għall-isfidi soċjali u ekonomiċi tas-seklu 21."

Ir-rapport qed jitlob għal restrizzjonijiet fuq pagamenti li jsiru permezz ta' flus kontanti għaliex "dawn jibqgħu ta' riskju għoli f'termini ta' evażjoni tat-taxxa u frodi tal-VAT."

Ir-rapport qed jitlob li tispiċċa n-nota ta' €500 li, skontu, tippreżenta riskji ogħla ta' ħasil tal-flus. 

L-MEPs, waqt id-dibattitu dwar dan ir-rapport, qalu illi jinsabu inkwetati bi programmi ta' ċittadinanza u bejgħ tal-passaporti u nnutaw kif mill-inqas 5,000 persuna ġabu ċ-ċittadinanza Ewropea b'dan il-mod. L-MEPs ikkundannaw in-nuqqas ta' trasparenza li toriġina mill-flus minn dawn il-programmi u nsistew illi dawn żiedu r-riskji ta' sigurtà għal pajjiżi 

L-MEPs ikkritikaw ukoll lill-pajjiżi, fosthom Malta, għan-nuqqasijiet fis-sistema tat-taxxa tagħhom u qalu li dawn qed jimminaw l-integrità tas-Suq Komuni Ewropew. 

 

 

More in Politika