Mario De Marco jitlob lil Edward Scicluna biex jirriżenja

... u dan wara r-rapport MoneyVal u wara li l-PN jgħid illi saret ħsara lir-reputazzjoni ta' Malta

Il-Ministru Edward Scicluna i
Il-Ministru Edward Scicluna i

L-Oppożzizzjoni Nazzjonalista talbet lill-Gvern biex jieħu azzjoni u jirrestawra r-reputazzjoni tal-pajjiż wara r-rapport MoneyVal li sar mill-Kunsill Ewropew

Mario de Marco sostna illi jekk l-Gvern ma jemmettix il-problema li skontu, ħoloq, Malta se tkun inqas attraenti għall-investiment barrani u se jweġġgħu diversi setturi li qed imantnu l-għixien ta' tant nies. 

"Għal darba din l-amministrazzjoni jeħtieġ taħseb fuq għada, inkella l-futur ekonomiku ta' Malta se jkun inċert.," sostna De Marco. 

L-istqarrija temmet tgħid li quddiem dan ir-rapport Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna għandu jieħu "d-deċiżjoni naturali li wieħed jistenna f'pajjiż demokratiku."

 

More in Politika