Id-diska li se tirrapreżenta lil Malta, Chameleon, kantata minn Michela qed tibqa' fost l-aktar diski tal-Eurovision 2019 li qed jinstemgħu fuq You Tube. Fil-fatt id-diska, fil-forma tal-filmat uffiċjali tagħha, issa qabżet it-3.6 miljun 'view' li jpoġġiha biss wara Duncan Laurence li qed jirrapreżenta lill-Olanda bid-diska 'Arcade'. Din s'issa għandha 3.9 miljun 'view' u allura hija l-aktar diska li qed tinstema'.
Id-diska ta' pajjiżna għandha 3.6 miljun 'view' filwaqt li l-filmat uffiċjali tad-diska tal-Armenja, kantata minn Srbuk u li jisimha 'Walking Out' kellha 3.5 miljun 'view' sa dalgħodu.
Bejn dawn id-diski, inkluż ta' Malta u d-diski popolari l-oħrajn s'issa jidher li hemm differenza kbira fil-fatt, Luca Hanni li qed jirrapreżenta lill-Iżvizzera bid-diska 'She got me' hija r-raba' l-aktar diksa (il-filmat uffiċjali) li kellha 'views' sa dalgħodu b'total ta' 1.8 miljun. Dan huwa 1.7 miljun inqas mid-diska Armena.
Il-filmat uffiċjali tad-diska ta' Franza (Roi ta' Bilal Hassani) u dak ta' L-iżvezja (Too late for Love ta' John Lundvik) ukoll qabżu l-miljun 'view' fuq.
Il-Eurovision se jsir nhar l-14,16 u l-finali fit-18 ts' Mejju li ġej.
Albert Gauci Cunningham, 38 sena, ġie appuntat Editur tal-gazzetta ILLUM u tas-sit illum....