F'konferenza tal-aħbarijiet id-Deputat Mexxej Laburista u Deputat PM Chris Fearne flimkien mal-President tal-Partit Laburista Daniel Josè Micallef u d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Chris Cardona, qalu illi l-PN prova jimmanuvra biex ma ssirx elezzjoni lokali fi 13-il lokalità f'Mejju li ġej.
Dan minħabba li l-PN ħareġ kandidati daqs kemm għandu Kunsillieri bħalissa jekk mhux saħansitra inqas.
Ħarsa ħafifa lejn il-kandidatura turi illi l-PN għandu kandidat wieħed biss f'Ħad Dingli, Ħal Għaxaq u x-Xgħajra, F'dawn il-lokalitajiet b'maġġoranzi qawwija Laburista l-PN itella' dejjem kandidat wieħed.
Dan ifisser illi kieku l-Partit Laburista ħareġ l-ammont eżatt ta' kandidati li jimlew l-bqija tal-postijiet għall-Kunsillieri, ma kinitx issir elezzjoni.
Il-President tal-PL fakkar illi din mhux l-ewwel darba li l-PN prova, skontu, jimmanuvra.
"Din id-darba, pprova li ma jkollux kandidati biżżejjed biex issir elezzjoni. Ara l-PL għandu kandidatrua b'saħħitha," qal Micallef.
Cardona sostna li dan kollu juri li mhux veru xejn li l-PN jemmen fil-Kunsilli Lokali u Fearne sostna li l-PN qed jipprova jċaħħad lir-residenti ta' dawn il-lokalitajiet u 10 oħrajn milli jivvutaw.
Aqra wkoll:
'Il-PL jigdeb biex inessi li ħassar 16-il elezzjoni ta' Kumitati Amministrattivi' - PN