Il-Kandidat Indipendenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Arnold Cassola sostna illi l-fatt li ġew implikati żewġ membri tal-AFM fil-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman “hija aħbar xokkanti għalina lkoll.”
Huwa qal illi tuffieħ ħażin jeżisti kullimkien, “imma li jkollok żewġ suldati, li suppost il-missjoni tagħhom hija li jipproteġuna, ikunu implikati f’dan il-qtil, huwa ħafna biex tniżżel,” qal Cassola. Huwa qal li l-politiċi illi jxerrdu l-mibgħeda razzjali u teoriji ta’ supremazija tal-bojod, għandhom ħafna x’jirrispondu.
Cassola temm jirringrazzja lil dawk kollha fl-AFM li xogħolhom huwa li jipproteġuna mill-mibgħeda ta’ din il-minoranza.