L-Aġenzija tal-Refuġjati tal-Ġnus Magħquda faħħret lill-Korp tal-Pulizija tal-investigazzjoni li saret u li ħalliet ir-riżultati permezz tal-arrest ta' żewġ suldati akkużati bil-qtil ta' Lassana Cisse Souleyman u li ħallew żewġ immigranti oħra feruti.
Minkejja dan il-UNHCR qalet illi hija ferm imħassba bil-fatt illi issa kien ikkonfermat illi dan kien qtil b'motivazzjonijiet razzjali.
Il-UNHCR fakkret illi l-Forzi Armati ta' Malta (AFM) issalva eluf ta' refuġjati u immigranti mill-baħar u għalhekk sostniet li għandha tinbeda investigazzjoni kemm jista' jkun malajr u ferm intensiva biex jitneħħew l-elementi ħżiena fl-AFM.
Ir-rappreżentant tal-UNHCR f'Malta, Kahin Ismail, qal illi dak li ġara huwa ta' soljev għall-immigranti li qed jgħixu f'Ħal Far. Huwa wera wkoll l-apprezzament għal dak li qal il-PM Joseph Muscat u l-Ministru tal-Intern Micheal Farrugia li fakkru illi m'hemmx post għall-mibegħda f'pajjiżna.