'Muscat mill-ewwel wera' li jrid jaħtaf l-istituzzjonijiet' - Metsola

... tgħid li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri jaħsbu li jistgħu jagħmlu li jridu

Roberta Metsola, MEP tal-Partit Nazzjonalista
Roberta Metsola, MEP tal-Partit Nazzjonalista

Meta kienet qed titkellem waqt koneferenza tal-aħbarijiet l-MEP Roberta Metsola sostniet illi minn meta sar Prim Ministru Joseph Muscat, "mill-ewwel wera' li ried jaħtaf l-istituzzjonijiet. Kien hemm it-tneħħija tal-Kumissarju tal-Pulizija u min imexxi l-Forzi Armati, sar attakk fuq l-Ombudsman, ħataf l-FIAU, saru ħatriet politiċi fil-Pulizija u fuq l-Armata hemm diversi mistpqsijiet: dwar il-promozzjonijiet u l-mod kif qed isir ir-reklutaġġ." 

Metsola sostniet li l-Ministru Konrad Mizzi u c-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri "jistgħu jagħmlu li jridu."

Carm Mifsud Bonnici għamel referenza għall-qasam tal-ġustizzja u qal illi jintbagħat messaġġ ħażin kull darba li in-nies fil-poter ma jiffaċċjawx il-konsegwenzi meta "jiksru l-liġi." 

More in Politika