Repubblika fetħu rikors fil-Qorti wara dak li sejħulu "żvilupp maħmuġ u jinten seba' pesti" biex Ram Tumuluri, l-wiċċ wara l-kumpanija Vitals Global Healthcare li l-Ultimate Beneficiary Owner tagħha għadna ma nafuhx sal-lum, inaddaf u jelimina l-provi.
Huma kienu qed jirreaġixxu għal rapport ta' The Shift News li qed jallega illi Tumuluri poġġa id-disa' kumpaniji f'Jersey involuti fil-Konċessjoni tal-VGH, f'likwidazzjoni.
Il-VGH kienu ingħataw konċessjoni ta' 99 sena illi permezz tagħha tliet sptarijiet ngħataw lilha b'xejn, ftit wara li l-Gvern kien għamel iktar minn €3 miljuni f'investiment.
Repubblika qed tisħaq illi l-provi kollha u t-traċċi kollha jkunu ippreservati "fl-aħjar interess tal-ġustizzja, u issa jistgħu jifhmu aħjar għala l-persuni suspettati talbu xaharejn żmien (flok il-ġimgha li tagħtom inizzjalment il-Maġistrat Dr Zammit Stafrace) biex iwieġbu, u ċjoe, biex fil-frattemp tilħaq titnaddaf ix-xena tad-delitti kemm jista’ jkun."
Ara wkoll hawnhekk: