Illum il-poplu qed ikun mitlub jivvota għar-raba' darba fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew kemm pajjiżna ilu membru tal-Unjoni Ewropea. Din id-darba, kuntrarjament għall-ewwel elezzjonijiet u wara apġġustamenti mill-Unjoni Ewropea, Malta se tkun rappreżentata minn sitt Membri Parlamentari Ewropej.
Dawn l-elezzjonijiet dejjem intrebħu mill-Partit Laburista sa issa u b'marġini konsiderevoli. L-MEPs Maltin fl-aħħar leġiżlatura kienu Miriam Dalli, Alfred Sant u Marlene Mizzi għall-Partit Laburista u David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech għall-Partit Nazzjonalista.
Intant kważi 39,000 persuna ma ġabrux il-vot u allura ma jistgħux jivvotaw illum.
Segwi dan is-sit għal aġġornamenti kontinwi ta' dak kollu li qed jiġri illum u matul il-jum ta' għada.