Indikazzjonijiet li Norman Lowell se jaqbeż l-10,000 vot

 Fl-2014, Norman Lowell kiseb aktar minn 6,000 vot

Mis-sala tal-għadd tal-voti fin-Naxxar,l-indikazzjonijiet huma li l-kandidat tal-lemin estrem Norman Lowell, mistenni jżid drastikament il-voti li ġab fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-2014.

Diversi aġenti miż-żewġ partiti u anke minn partiti żgħar, qalu ma' dan is-sit li Lowell mistenni jaqbeż l-10,000 vot. Fl-2014, Norman Lowell kiseb aktar minn 6,000 vot.

Fil-fatt, kollox qed jindika u huwa kważi ċert li Norman Lowell se jkun għadda sew lill-partiti ż-żgħar li kienu qed jittamaw għal riżultat ferm aħjar.

L-ewwel u d-disa' distrett mistennija jkunu dawk id-distretti li fihom Lowell se jkun kiseb l-akbar ammont ta' voti.

Norman Lowell huwa magħruf għall-kummenti tiegħu kontra l-immigranti iżda fl-aħħar xahar għadda diversi kummenti oħra, fosthom meta qal li "Aushwitz" huwa d-Disneyland tal-Ewropa.

Ippropona wkoll "il-mercy killing" ta' trabi b'diżabilità mentali.

 

More in Politika