Aġġornata | Il-President jilqa' lill-MEPs il-ġodda ... tal-PN ma jattendux

Jidher li l-Ewroparlamentari tal-PN diġà telqu lejn Brussell

Kmieni llum waranofsinhar, il-President ta' Malta George Vella laqa' fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta lill-Ewroparlamentari l-ġodda.

Madanakollu, għal din il-laqgħa, attendew biss l-Ewroparlamentari tal-Partit Laburista.

Jidher li Roberta Metsola u David Casa, diġà jinsabu Brussell. Fil-fatt, David Casa tefa' ritratt l-arjuport dalgħodu.

F'kummenti mal-MaltaToday, kelliem għal Metsola qal li ż-żewġ Ewroparlamentari Nazzjonalisti se jkunu qed jorganizzaw laqgħa mal-President.

Intant, il-laqgħa ssoktat xorta waħda, bil-President u s-Sinjura Vella jiltaqgħu ma' Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar.

 

More in Politika