Fl-ewwel kummenti tiegħu, issa bħala l-ewwel Sindku Laburista tal-Belt Valletta Alfred Zammit sostna li din hija rebħa storika fil-Belt Valletta għall-Partit Laburista. "Kien wasal iż-żmien li l-poplu tal-Belt Valletta wkoll jagħżel lill-PL wara l-ġid kollu li sar fil-Belt Kapitali tagħna." Il-Partit Laburista se jkun rebaħ maġġoranza fil-Belt Valletta għall-ewwel darba.
Zammit fakkar kif sa ftit snin ilu l-Belr Valletta kienet mejta u bla ħajja,. "Aħna se nkomplu fuq it-tajjeb li sar bil-ħsieb dejjem ikun li r-residenti jiġu l-ewwel."
Zammit kellu ġirja iebsa għall-ewwel post mal-Kandidat u Kunsillier Laburista preżenti Ray Azzopardi. Fil-fatt huwa mifhum li Zammit qabeż lil Azzopardi bi ftit voti biss.
Alfred Zammit huwa personalità magħrufa u popolari fuq il-midja tal-Partit Laburista bil-programm 'Kalamita' li ilu jixxandar snin twal ħafna.