Il-Partit Laburista jirbaħ l-ewwel grupp ta' elezzjonijiet lokali bil-qawwi

17-il lokalità jintrebħu mill-Partit Laburista filwaqt li l-PN jirbaħ biss sitt lokalitajiet

Kienet ġurnata tajba ħafna għall-Partit Laburista, li rebaħ 17-il lokalità minn 23
Kienet ġurnata tajba ħafna għall-Partit Laburista, li rebaħ 17-il lokalità minn 23

Il-Partit Laburista beda l-ewwel ġurnata tal-għadd tal-voti tal-Kunsilli Lokali bi trijonf kbir hekk kif irnexxielu jirbaħ l-iktar lokalità prestiġjuża ta' Malta, l-Belt Valletta b'53% għall-ewwel darba kemm ilhom isiru elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. 

Imma mhux biss, il-Partit Laburista għamel avvanzi f'San Pawl il-Baħar fejn rebaħ maġġoranza, dawwar maġġoranza Nazzjonalista f'maġġoranza Laburista fil-Fontana, għalkemm m'għandux maġġoranza ta' siġġijiet u rebaħ il-Mellieħa, lokalità missielta,

Il-Partit Laburista rebaħ iż-Żejtun (80%), iż-Żurrieq (76%) Ħal Tarxien (74%) fil-Marsa (73%), Ħad Dingli (74%), Birżebbuġa (76%), il-Qrendi (70%) Ix-Xewkija (69%), l-Imqabba (64%) Pembroke (61%), Ta' Xbiex (63%), Ħaż Żebbuġ (59%), Santa Venera, li kienet lokalità Nazzjonalista (58%), Il-Fontana (52%), Belt Valletta (53%), San Pawl il-Baħar (50.1%) u l-Mellieħa (48%). 

Il-Partit Nazzjonalista rebaħ Għajnsielem b'69%, Ħal Balzan b'72%, L-Iklin (56%), l-Għasri (54%), in-Nadur (57%) u San Ġiljan (58%), 

Is-Sindku l-ġdid ta' San Pawl il-Baħar, Alfred Grima
Is-Sindku l-ġdid ta' San Pawl il-Baħar, Alfred Grima

 

More in Politika