Aġġornata | Birkirkara terġa' tivvota lill-Partit Laburista
Il-Partit Laburista jżomm f'idejh il-lokalità ta' Birkirkara li xi darba kienet Fortizza Nazzjonalista
More in Politika
Il-Partit Laburista jżomm f'idejh il-lokalità ta' Birkirkara li xi darba kienet Fortizza Nazzjonalista
Birkirkara baqgħet f'idejn il-Partit Laburista minkejja li din kienet xi darba meqjusa bħala Fortizza Nazzjonalista anke għax marbuta ma' isem Eddie Fenech Adami.
Id-distakk bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista f'Birkirkara huwa dak ta' 1,134 vot.
Il-Partit Laburista kiseb 6,911 vot (52%) u l-Partit Nazzjonalista 5,777 vot (44%).
L-Alternattiva Demokratika kisbet 374 vot (3%), il-Partit Demokratiku 89 vot u l-Moviment Patrijotti Maltin 79 vot.
Is-Sindku se tibqa' Joanne Debono Grech.
L-ewwel darba li l-Kunsill Lokali ta' Birkirkara għadda f'idejn il-Partit Nazzjonalista kien fl-2013.
X'ġara f'Birkirkara fl-aħħar snin?
Fl-2003, meta l-poplu kien mitlub jivvota għal referendum u allura jekk Malta kellhiex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea, il-PN rebaħ dan il-Kunsill bil-kbir, b’total ta’ 7,720 vot. Il-Partit Laburista kien kiseb numru konsiderevoli ta’ 5,257 vot għalkemm xorta 2,463 vot ’il bogħod mill-Partit Nazzjonalista.
Din il-maġġoranza komda iżda sparixxiet bil-mod il-mod hekk kif il-Laburisti ħarġu dejjem iktar jivvutaw u hekk kif il-bażi Laburista f’din il-lokalità żdiedet waħda sew.
Fl-2006 fil-fatt, tliet snin biss wara, l-PN rebaħ din il-lokalilità b’distakk miżerabbli ta’ 85 vot biss hekk kif kiseb 4,939 vot filwaqt li l-PL kiseb 4,854 vot. Dan jimmarka tnaqqis ta’ voti għaż-żewġ partiti hekk kif ħafna baqgħu d-dar. Il-PL naqqas 403 voti, filwaqt li l-PN naqqas il-voti tiegħu bil-qawwi; kważi 2,800 inqas.
Fl-2009, il-Karkariżi ntalbu jivvutaw mal-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, allura iż-żewġ partiti żiedu fil-voti għax aktar nies ħarġu jivvutaw. L-2009 fil-fatt ra lill-PN jissaħħaħ xi ftit, għalkemm assolutament xejn ħdejn l-2003. Il-PN kiseb 6,350 vot filwaqt li l-PL kiseb 6,141 vot, li jimmarka żieda ta’ 1,411-il vot għall-PN mill-2009 u 1,287 aktar għall-Partit Laburista.
Fl-2013 u allura meta l-Karkariżi ħarġu jivvutaw ukoll għall-elezzjoni ġenerali, minflok il-PN irkupra lura għall-2003 għax ħarġu aktar nies jivvutaw, żied b’rata inqas mill-Partit Laburista u tilef il-Kunsill b’127 vot.
Fil-fatt il-PL kiseb 7,783 vot filwaqt li l-PN kiseb 7,656 vot.