Il-Forum tal-Professjonijisti tal-Partit Nazzjonalista kompla jaħmel pressjoni fuq Jean Pierre Debono illi qed ikun akkużat illi ffroda r-riżultat ta' elezzjoni illi permezz tagħha hu kien co-opted fil-Parlament.
"Qed nesiġu li titntrefa' r-responsabilità għal dawk kollha li qed jirrifjutaw illi jaraw r-riżultat elettotali bħala wieħed dannuż. Qed nesiġu li tintrefa' r-responsabilità politika u tittieħed azzjoni kontra dawk li, b'xi mod, ikkkontribwixxew għal atti ta' frodi."
"Dawk li għanhom pożizzjoni statutorja għandhom dover ... mhux biss lejn il-partit imma lejn eluf ta' nies li jaraw lill-PN bħala l-aħħar bastjun ta' tama."
Il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qed jinsisti li għandu ċertezza illi Debono ma kienx imdaħħal fil-proċess tal-votazzjoni