Ċifri li ġew ippublikati dalgħodu mill-Eurostat, il-fergħa tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea (UE) juru li f’April li għadda Malta kellha it-tielet l-akbar żieda fil-biegħ bl-imnut meta mqabbel max-xahar ta’ Marzu tal-istess sena.
Skont ir-rapport ta’ Eurostat, din iż-żieda finali kienet tammonta għal 1.7%. B’hekk kienu biss l-Isvezja u l-Islovejna li rreġistraw żieda akbar minn dik ta’ Malta, b’2.4% u 2.0% rispettivament.
Minn naħa l-oħra l-akbar tnaqqis fil-bejgħ bl-imnut kien irreġistrat fil-Ġermanja 2%, l-Portugal 1% u l-Kroazja 0.9%.
L-istess ċifri jinnutaw kif fix-xahar ta’ April mqabbel max-xahar ta’ Marzu tas-sena 2019, il-bejgħ bl-imnut niżel b’0.4% madwar iż-żona tal-UE 19 li tinkludi: l-Belġju, Ġermanja, Estonja, Irlanda, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Malta, Olanda, Awstrija, Portugall, Slovenja, Slovakkja u Finlandja.
Fl-istess waqt, madwar iż-żona EU28 ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 0.3%. Din iż-żona tinkludi: l-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Svezja u r-Renju Unit.
Annwalment, fix-xahar ta’ April il-bejgħ bl-imnut żdied b’1.5% fiż-żona ewro, bl-akbar żiedet ikunu reġistrati f’xiri ta’ prodotti ta’ ikel, xorb, tabakk u fjuwil għall-vetturi.