Stimi proviżorji jindikaw illi l-Prodott Domestiku Gross (GDP) fl-ewwel kwart tal-2019 ammonta għal €3 biljuni, żieda ta' €213.8 miljun jew 7.4% meta mqabbel mal-istess perjodu s-sena l-oħra. Dawn iċ-ċifri ngħataw mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).
F'termini ta' volum il-GDP żdied b'4.9%.
Iż-żieda kienet iġġenerata l-aktar f'attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi kif ukoll amministrattivi u ta' appoġġ. Hawnhekk iż-żieda kienet ta' €42.9 miljun jew 11.6%. Żieda oħra kienet fil-qasam tal-arti, divertiment u rikreazzjoni kif ukoll tiswija fid-djar u servizzi oħrajn b'€35.7 miljun jew 9%. Żidiet oħrajn kienu fl-ammnistrazzjoni pubblika, difiża, edukazzjoni u saħħa, fejn iż-żieda kienet ta' €29 miljun.