Il-Qorti ċaħdet it-talba ta’ Alfred u George Degiorgio għal laqgħa mal-MEP David Casa u l-eks MEP Ana Gomes.
L-aħwa Degorgio flimkien ma’ Vincent Muscat qiegħdin jiġu mixlija bl-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia.
Kien il-Ħamis illi għadda meta l-avukat William Cuschieri talab lill-Qorti sabiex tawtorizza laqgħa maż-żewġ politiċi fil-Faċilità Korrettiva ta’ Corradino. L-aħwa kienu talbu wkoll li għal din il-laqgħa jkunu preżenti l-midja internazzjonali.
Din it-talba bla preċident kienet ġiet oġġezzjonata mill-ewwell mill-prosekuzzjoni u l-familja Caruana Galizia. Fl-istess waqt, iż-żewġ MEPs inkwistjoni qalu li l-politiċi m’għandhomx jinnegozjaw mas-suspettati.
B’hekk illum, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit irrifjutat it-talba u qalet li li l-avukat tal-istess difiża kien "naqas milli jappoġġa” it-talba tal-klijenti tiegħu.