Żagħzugħ isofri ġrieħi gravi wara inċident bil-mutur f'Ħaż-Żebbuġ

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

Żagħżugħ ta' 22 sena qiegħed isfori minn ġrieħi ta' natura gravi wara inċident tat-traffiku fl-inħawi ta’ Xindi, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 am meta għal xi raġuni seħħ impatt bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 22 sena residenti Ħaż-Żebbuġ u vettura li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 75 sena residenti Ħaż-Żebbuġ ukoll.

Fuq il-post ssejħet ambulanza li ħadet lix-xufier tal-mutur l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja

 

 

 

 

More in Politika