'Min jattakka lid-Deputati qed jattakka lili u lill-PN'
Adrian Delia jgħid li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jagħmel bidliet radikali
More in Politika
Adrian Delia jgħid li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jagħmel bidliet radikali
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ma wera l-ebda intenzjoni li jirriżenja wara li spiċċat laqgħa ta' ħames sigħat tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
F'kummenti lill-ġurnalisti wara l-laqgħa, Adrian Delia qal li hemm bżonn "bidliet radikali" biex il-Partit Nazzjonalista jibqa' rilevanti waqt li insista li ħadd mid-Deputati ma talbu biex jirriżenja.
Delia saħansitra insista li l-Partit Nazzjonalista għandu Grupp Parlamentari wieħed u min ikun qed jattakka lil xi Membru Parlamentari jkun qed jattakka wkoll lilu personalment u lill-Partit Nazzjonalista.
"Kienet laqgħa tajba u kostruttiva," saħaq Delia waqt li qal li l-pedamenti huma lesti biex il-Partit Nazzjonalista jibda jagħmel dak kollu li hu possibbli, inkluż bidliet radikali, biex jimxi 'l quddiem.
Anke jekk il-laqgħa spiċċat tard, attivisti baqgħu jistennew lil Adrian Delia u laqgħuh biċ-ċapċip.
Minkejja dan, ħadd mid-Deputati li attendew għal-laqgħa ma kkummentaw la huma deħlin u lanqas huma u ħerġin, ħlief Karol Aquilina.
Delia qal ukoll li l-Grupp Parlamentari se jkun qed jitlaqqa' aktar ta' spiss u se jkun qed jelabora aktar dwar il-bidliet li hemm bżonn li jsiru fil-Partit Nazzjonalista.
Hu mifhum li Delia ressaq għaxar proposti dwar it-triq 'il quddiem għall-Partit Nazzjonalista.
"Irridu nifhmu x'inhuma l-aspirazzjonijiet tan-nies ... irridu noffru alternattivi," qal Delia.
Aqra wkoll: