Wara li nhar il-Ħadd li għadda il-gazzetta ILLUM żvelat kif is-Surġent Mark Camilleri, li għal snin kien parti mill-iskorta ta’ ma’ Richard Cachia Caruana se jitressaq il-Qorti akkużat li ħa b’madwar €5,000 f’dikjarazzjoni ta’ sahra li allegatament ma kienx għamel, kien żvelat fil-Qorti dalgħodu li l-istess Camilleri aċċetta l-ħtija miġjuba kontrieh.
B’konsegwenza ta' dan huwa kien irriżenja mill-Korp tal-Pulizija.
Mhux magħruf jekk Richard Cachia Caruana kienx jaf b’dak li kien qed jiġri u jekk għadux parti mill-iskorta tiegħu.
Cachia Caruana kien in-negozjatur ewlieni tal-Gvern Malti għad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Mad-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea hu kien inħatar l-ewwel Rappreżentant Permanenti ta’ Malta fl-UE sakemm kellu jitneħħa wara li mozzjoni ta’ sfiduċja fih għaddiet mill-Parlament.