Wara ġimagħtejn u nofs ta' battibekki l-kaptan ta' Sea-Watch arrestata

Wara ġimagħtejn u nofs ma jitħalliex jidħol, il-Kaptan Carola Rackete ddaħħal is-Sea-Watch f'Lampedusa u tiġi arrestata

Ritratt li juri l-arrest tal-Kaptan Rackete | Ritratt ta' Reuters
Ritratt li juri l-arrest tal-Kaptan Rackete | Ritratt ta' Reuters

Il-kaptan tal-vapur tas-salvataġġ tal-immigranti Sea-Watch 3 kienet arrestata fl-Italja hekk kif waslet Lampedusa. Carola Rackete kienet qed tittrasporta għexieren ta' immigranti salvati ftit 'l bogħod mill-kosta Libjana. Dan l-episodju jagħlaq kapitlu ta' ġimagħtejn u nofs hekk kif l-awtoritajiet Taljani baqgħu m'aċċettawx illi dan il-vapur jidħol fil-port. 

L-Awtoritajiet Taljani pprojbixxew id-dħul tal-vapur fil-port ta' Lampedusa imma dan xorta daħal tard ilbieraħ filgħaxija. 

Dan l-arrest jiġi hekk kif il-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini qed jieħu pożizzjoni pjuttost iebsa dwar id-dħul tal-immigranti fil-pajjiż, tant li kellu wkoll numru ta' battibekki mal-Gvern Malti dwar dgħajjes differenti bl-immigranti fuqhom.  

Il-Ġermaniża ta' 31 sena kienet arrestata u akkużata illi rreżistiet l-ordinijiet biex ma tidħolx fil-port. 

Mit-53 immigrant, l-awtoritajiet Taljani kienu ħadu biss 13 għal raġunijiet ta' saħħa

 

More in Politika