Grupp ta' residenti jiftħu protest ġudizzjarju kontra l-iżviluppaturi

Residenti ta' Gwardamangia li sofrew ħsarat fid-djar tagħhom f'inċidenti riċenti jiftħu protest ġudizzjarju 

L-aħħar inċident f'Gwardamangia
L-aħħar inċident f'Gwardamangia

Grupp ta’ residenti li sofrew ħsarat fid-djar tagħhom kaġun ta’ xogħol li kien qiegħed issir f’sit ta’ kostruzzjoni fil-viċinanzi, illum fetħu protest ġudizzjarju kontra l-iżviluppaturi.

L-avukat Edward Zammit Lewis u Veronique Dalli għan-nom tal-14 ir-resident sostnew li t-tlett żviluppaturi għandhom jagħmlu tajjeb għall-ħsarat li sofrew dawn il-familji.

Skont il-protest ġudizzjarju, taħt is-sorveljanza tal-perit l-iżviluppaturi ħadmu b’negliġenza totali u ma segwewx ir-regolamenti tal-kostruzzjoni.

“Riżultat t’hekk,” argumentaw l-avukati, “dawn il-familji sofrew ħsarat kbar u għadhom sal-lum bla saqaf fuq rashom. Apparti minn dan, l-affarijiet personali tagħhom tmissu minn ġo darhom stess mingħajr ebda permess” sostnew l-avukati.

L-avukati insistew mal-Qorti Civili li l-perit għandu jibda biex isegwi l-linji gwidi ġodda li ppubblika l-Gvern fl-aħħar jiem u jħejji rapport dettaljat sabiex jiżgura li l-iżvilupp se jkun qiegħed jsegwi ma’ regolamenti adegwati. Qabel ma dan jiġi żgurat, l-avukati qed jisħqu li x-xogħol f’dan l-iżvilupp għandu jibqa’ sospiż.

Finalment, fil-protest tagħhom ir-residenti għamluha ċara li jekk dan kollu jispiċċa biex  jaqa’ fuq widnejn torox huma kienu preparati li jmexxu l-każ bil-Pulizija.

More in Politika