Dalgħodu fi Strasburgu d-disa' leġiżlatura tal-Parlament Ewropew (PE) ġiet uffiċjalment konstitwita mill-President uxxenti Antonio Tajani.
Wara l-elezzjonijiet Ewropej fit-28 stat membru f’Mejju li għadda u li fihom 51% tal-votanti vvutaw il-PE l-ġdid ġie kkostitwit. Għal ewwel darba f'dn il-leġiżlatura, l-PE huwa kompost mill-għola proporzjon li qatt kien hemm ta’ membri ġodda, b'61%. Ta' min jinnota wkoll li għal din il-leġiżlatura l-PE jinkludi aktar nisa MEPs mil-kompożizzjoni preċedenti.
Intant, l-iżgħar MPE hija Kira Marie Peter-Hansen mid-Danimarka li għanda 21 sena filwaqt li l-aktar anzjan huwa Silvio Berlusconi mill-Italja li għandu 82 sena.
Il-Parlament il-ġdid huwa kompost minn 7 gruppi politiċi, wieħed inqas mil-leġiżlatura ta’ qabel. L-MEP's li għadhom ma ngħaqdux ma’ grupp politiku huma elenkati bħala ‘mhux allinjati’, iżda fi kwalunkwe mument jistgħu jingħaqdu ma’ grupp politiku. Mill-2009, skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Parlament, grupp politiku għandu jikkonsisti minn ta’ l-inqas 25 membru li jkunu ġew eletti f’mill-inqas 7 stati membri
Il-President il-ġdid tal-Parlament jiġi elett l-Erbgħa filgħodu fid-9.00 filwat li n-nominazzjonijiet iridu jiġu ppreżentati mill-gruppi politiċi jew minn 1 minn kull 20 membru sal-22.00 tal-lejla. Apparti minn hekk, tmien MPE intgħażlu bil-polza biex jikkontrollaw il-votazzjoni.