Joseph Muscat mistenni jibqa' Prim Ministru sal-elezzjoni li jmiss

Wara li Malta ma ngħatat ebda kariga fl-UE sors fil-Gvern jikkonferma li Joseph Muscat se jibqa' PM ta' Malta (għalissa)

Joseph Muscat mistenni jibqa' Prim Ministru ta' Malta għaż-żmien li ġej, probabilment sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. Dan kien ikkonfermat mal-illum.com.mt minn sorsi fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru.

Illum Muscat ma kienx fost dawk li se jingħataw kariga importanti fit-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, anke jekk il-midja tal-Partit Laburista qed tinsisti li hu kien qrib ħafna li jsir President tal-Kunsill Ewropew. 

Bl-aħħar żviluppi, issa jidher li tiġrija fil-Partit Laburista għall-ogħla kariga se tkun posposta għal wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss jew ximkien viċin. 

Intant il-Ġermaniża Ursula Von De Leyen se tkun qed tmexxi l-Kummissjoni Ewropea, bħala l-ewwel mara f'kariga simili.

More in Politika