"Il-perċezzjoni tal-pubbliku dwar il-kura qed tinbidel. Il-pilastri ta’ aċċess ekwu, ta’ kwalità, u sostenibbli jinsabu taħt pressjoni." Hekk sostna l-Partit Demokratiku fi stqarrija fa'reazzjoni għar-rapport tal-Ombidsman. Il-PD sostna li l-effetti ħżiena ta’ "servizz tal-customer care politikament partiġġjan mhux biss barra minn loku, imma qed jaffettwa s-sistema tas-saħħa b’mod negattiv."
“Jidher ċar li l-Gvern għandu jirriforma l-istrutturi u l-entitajiet responsabbli għas-saħħa. Ir-rapport tal-Ombudsman qed jiġi injorat ripetutament u b’arroganza,” stqarr Anthony Buttigieg.
"Id-drittijiet tal-pazjenti u s-sigurtà għadhom mhumiex rikonoxxuti legalment anki jekk ġew stabbiliti fl-Att dwar is-Saħħa (2013). Hemm bżonn li jitwaqqaf Tribunal sod għal Reviżjoni Amministrattiva flimkien mal-Amministrazzjoni ta’ Ġustizzja sabiex ilmenti dwar servizzi u protokolli ġestiti ħażin jistgħu jiġu milqugħa. Dan huwa stipulat fil-Patients’ Charter Rights tal-Att dwar is-Saħħa. Tkun ċertament struttura oħra li tiżgura kura tas-saħħa ta’ kwalità,” stqarr l-On Godfrey Farrugia.
Il-Partit Demokratiku nnota li għandna bżonn bidla radikali fl-attitudni kulturali fil-Ministeru.