55 immigrant jiddaħħlu f'Malta ... L-Italja se tieħu 55 oħra

Jintlaħaq qbil bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Taljan

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Fi stqarrija l-Gvern Malti qal li ntlaħaq ftehim bejn Malta u l-Italja dwar il-55 immigrant li ġew salvati minn fuq il-baħar ftit 'il barra mit-Tuneżija.

Il-Gvern qal li bħala ġest ta' rieda tajba, il-Gvern Malti se jkun qed jieħu dawn il-55 immigranti Malta filwaqt li l-Gvern Taljan se jkun qiegħed jieħu 55ieħor  immigrant ieħor li diġà jinsabu Malta.

Finalment l-istqarrija qalet li għalkemm Malta ma kellha l-ebda responsabbiltà legali lejn din l-operazzjoni, l-Gvern xorta waħda għażel li juri l-ispirtu Ewropew u jsaħħaħ il-livell ta' kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi.

 

More in Politika