Il-maġġoranza tal-immigranti f'Malta dejjem baqgħu l-Ewropej - Eurostat

In-numru ta' immigranti f'pajjiżna rdoppja u aktar mill-2013 sal-2017

Il-maġġoranza tal-immigranti li ġew f'pajjiżna biex jgħixu hawnhekk b'mod permanenti jew inkella għal xi żmien biex jaħdmu, kienu ġejjin minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Statistika tal-Eursotat turi illi 54% tal-immigranti f'pajjiżna ġejjin minn pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea u allura għandhom kull dritt jgħixu u jaħdmu f'Malta. 

Skont l-istess statistika li studjat il-moviment tan-nies fl-UE, in-numru ta' nies li daħlu pajjiżna, kemm jekk minn pajjiżi oħrajn fl-UE kif ukoll jekk minn pajjiżi terzi kompla jiżdied. 

Fl-2013 kien hawn pajjiżna 10,897 immigrant li żdiedu għal 21,676, fl-2017, jiġifieri iktar milli rdoppjaw. L-istess statistika turi kif immigranti minn pajjiżi barra l-UE żdiedu, minn 4,957 fl-2013 għal 8,459 fl-2017. 

 

More in Politika